30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/68
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2019 — Malacalza Investimenti vs BĊE
(Kawża T-552/19)
(2019/C 328/76)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Malacalza Investimenti Srl (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: P. Ghiglione, E. De Giorgi u L. Amicarelli, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
bħala miżuri istruttorji, abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 91(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tordna l-produzzjoni tad-deċiżjoni adottata mill-BĊE fit-2 ta’ Jannar 2019 fil-konfront ta’ Banca Carige S.p.A., kif ukoll tad-dokumenti l-oħra li huma s-suġġett tal-applikazzjoni konfermatorja;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, kif indikat fil-parti introduttiva tar-rikors; u
—
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-BĊE tat-12 Ġunju 2019 Nru LS/LdG/19/185, li ntbagħtet permezz ta’ posta elettronika fl-istess ġurnata minn BĊE skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3, li għandha bħala suġġett iċ-ċaħda sħiħa tal-applikazzjoni konfermatorja ppreżentata minn Malacalza Investimenti S.r.l. sabiex tikseb l-aċċess għad-deċiżjoni tat-2 ta’ Jannar 2019 li permezz tagħha l-BĊE innominat il-kummassarji straordinarji ta’ Banca Carige S.p.A., kif ukoll sensiela ta’ dokumenti relatati magħha.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni li tiċħad l-aċċess għad-deċiżjoni tal-BĊE tat-2 ta’ Jannar 2019, b’mod partikolari:
—
applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(1)(c) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3; assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ aċċess għad-deċiżjonijiet tal-BĊE, inkwantu atti li għandhom saħħa vinkolanti u mhux sempliċement ta’ natura proċedurali;
—
il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(c) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3 ma humiex issodisfatti; l-informazzjoni dwar il-Banca Carige S.p.A. diġà ġiet żvelata lill-pubbliku fl-ambitu tal-osservanza tal-obbligi ta’ informazzjoni imposti permezz tal-leġiżlazzjoni applikabbli f’dan is-settur;
—
ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u imparzjalità minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tal-BĊE tat-2 ta’ Jannar 2019;
—
ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni li tiċħad l-aċċess; u
—
ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-istħarriġ ġudizzjarju tar-rikorrenti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità taċ-ċaħda ta’ aċċess għad-dokumenti li huma s-suġġett tal-applikazzjoni konfermatorja minbarra d-deċiżjoni tal-BĊE tat-2 ta’ Jannar 2019, b’mod partikolari:
—
ksur u applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 4(1)(c) u tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3, minħabba l-assenza tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni, l-assenza ta’ motivazzjoni u l-ksur tad-drittijiet tad-difiża;
—
applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 27 Regolament (UE) Nru. 1024/2013 (1), tal-Artikolu 53 et seq tad-Direttiva 2013/36/UE (2), kif ukoll tal-Artikolu 32 tar-Regolament BĊE Nru 468/2014 (3) u, bħala konsegwenza, in-nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-eċċezzjoni ta’ kunfidenzjalità tal-informazzjoni possibbilment inkluża fid-dokumenti l-oħra tad-Deċiżjoni tat-2 ta’ Jannar fil-konfront ta’ Malacalza Investimenti S.r.l.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013tal- 15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).
(2) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU 2013, L 176, p. 338, rettifika fil-ĠU 2013, L 208, p. 73 u fil-ĠU 2017, L 20, p. 1).
(3) Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 468/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (ĠU 2014, L 141, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy