30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/72
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2019 — Seven vs EUIPO (7Seven)
(Kawża T-557/19)
(2019/C 328/79)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni 7Seven — Trade mark tal-Unjoni Nru 8 252 223
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 2076/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ t-talba għal restitutio in integrum imressqa minn Seven SpA kif ukoll it-talba għal reġistrazzjoni Nru 14 602 687 għat-trade mark tal-Unjoni Nru 8 252 223.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy