30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/72
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2019 — Julius Sämann vs EUIPO — Maharishi Vedic University (Rappreżentazzjoni ta’ siġra)
(Kawża T-559/19)
(2019/C 328/80)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Julius Sämann Ltd (Thayngen, l-Isvizzera) (rappreżentant: D. Parrish, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maharishi Vedic University Ltd (L-Imġarr, Malta)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva bil-kuluri abjad, kannella, isfar u sfumaturi tal-ikħal (Rappreżentazzjoni ta’ siġra) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 666 639
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 1743/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ r-rikors tar-rikorrenti;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti ta’ dan ir-rikors u tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy