30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/73
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2019 — Lípidos Santiga vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-561/19)
(2019/C 328/81)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lípidos Santiga, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: P. Muñiz Fernández, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 tat-13 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art u l-anness tiegħu;
—
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, li jallega li l-approċċ globali tal-konvenuta, li b’riżultat tiegħu iż-żejt tal-palm jikkwalifika bħala materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC, ma huwiex proporzjonat.
2.
It-tieni motiv, li jallega li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li ż-żejt tal-palm huwa materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC, indipendentement mill-oriġini tiegħu.
3.
It-tielet motiv, li jallega li l-kriterji għall-klassifikazzjoni taż-żejt tal-palm bħala materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC huma diskriminatorji.
4.
Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-evalwazzjoni tal-impatt meħtieġ qabel l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat.
5.
Il-ħames motiv, li jallega li l-Kummissjoni naqset milli tagħti r-raġunijiet sottostanti għall-formula użata biex ġie deċiż li ż-żejt tal-palm huwa materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC.
Full & Egal Universal Law Academy