7.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/19
Rikors ippreżentat fil-14 ta’ Awwissu 2019 – Lozano Arana u Oħrajn vs EUIPO – Coltejer (LIBERTADOR)
(Kawża T-564/19)
(2019/C 337/20)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Antonio Lozano Arana (Cali, il-Kolombja), Daniel Simon Benmaor (Marseille, Franza), Marion Esther Benmaor (Marsilja), Valérie Brigitte Danielle Servant (Marrakech, il-marokk) (rappreżentant: M. Angelier, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coltejer SA (Itagüí, Antioquia, il-Kolombja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LIBERTADOR” - Trade mark tal-Unjoni Nru 9 067 414
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 2482/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
Motivi invokati
—
Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali (dritt tad-difiża, dritt ta’ aċċess għall-qorti);
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy