21.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/38
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2019 – DS et vs Il-Kummissjoni u SEAE
(Kawża T-573/19)
(2019/C 357/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DS u 718-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-iffissar tan-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali mħallas tar-rikorrenti għas-sena 2019;
—
fi kwalunkwe ipoteżi tikkundanna lill-Kummissjoni u lis-SEAE għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità mressqa kontra l-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea għall-istess motivi bħal dawk adottati mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tal-4 ta’ Dieċembru 2018, Carreras Sequeros et vs Il-Kummissjoni, (T-518/16, EU:T:2018:873). Skont ir-rikorrenti, l-istituzzjonijiet konvenuti kienu rrifjutaw li japplikaw din is-sentenza minkejja li l-effetti tagħha ma humiex sospiżi, li jixbah sospensjoni illegali tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali.
Full & Egal Universal Law Academy