7.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/20
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2019 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products Import & Export and Koopman International (Fluid distribution equipment)
(Kawża T-574/19)
(2019/C 337/21)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Odle, lawyer u J. St Ville, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja), Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru1 431 829-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 1002/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tvarja d-deċiżjoni kkontestata sabiex: (i) tilqa’ l-appell tar-rikorrenti; (ii) tiċħad fl-intier tagħhom l-applikazzjonijiet tal-applikanti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ICD 10292 u ICD 10689 sabiex id-disinn Komunitarju rreġistrat jiġi ddikjarat invalidu; (iii) tikkundanna lill-applikanti għal dikajarazzjoni ta’ invalidità għall-ħlas tal-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni; (iv) alternattivament tibgħat lura l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex din tindirizza l-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji.
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1) u tal-premessa 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy