30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/76
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2019 — Leinfelder Uhren München vs EUIPO — Schafft (Leinfelder)
(Kawża T-577/19)
(2019/C 328/85)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Leinfelder Uhren München GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Lüft, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thomas Schafft (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Leinfelder” — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 975 461
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Mejju 2019 fil-Każijiet magħquda R 1930/2018-2 u R 1937/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn it-trade mark ikkontestata tal-Unjoni Ewropea ġiet irrevokata wkoll għal prodotti fil-klassi 14 (arloġġi tal-idejn) u fil-klassi 18 (ċineg tal-arloġġi);
—
tiċħad l-appell tal-parti li ressqet il-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni fil-Każ R 1930/2018-2;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;
—
fil-każ li l-parti l-oħra tipparteċipa fil-proċedura bħala intervenjenti, tikkundannaha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy