7.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/21
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2019 – The KaiKai Company Jaeger Wichmann vs EUIPO (Apparat għall-ġinnastika jew għall-isport)
(Kawża T-579/19)
(2019/C 337/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: The KaiKai Company Jaeger Wichmann GbR (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Hellmann-Cordner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni multipla għal disinn Komunitarju (apparat għall-ġinnastika jew għall-isport) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5807179 0001-0012
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 573/2019-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija fis-16 ta’ Jannar 2019 mill-EUIPO sa fejn il-prijorità tad-disinni Komunitarji Nru 5807179-0001-0012 ma kinitx irrikonoxxuta; tirrikonoxxi l-prijorità mitluba fis-26 ta’ Ottubru 2017 u tagħmel il-korrezzjoni tal-pubblikazzjoni tad-disinni tal-Komunità billi tindika l-prijorità;
—
tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż tar-rikors;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;
—
sussidjarjament, iżżomm seduta.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji.
Full & Egal Universal Law Academy