28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/22
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2019 – EJ vs BEI
(Kawża T-585/19)
(2019/C 363/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: EJ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investimenti
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat u konsegwentement:
—
tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Frar 2018 li tillimita għal tmintax il-xahar il-benefiċċju retroattiv għat-teħid tar-responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ trasport sostnuti minħabba l-marda gravi ta’ bint ir-rikorrenti, u d-deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2018 li tillimita għal ħames snin l-allowance retroattiv doppja għal wild dipendenti;
—
sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Mejju 2019 li tikkonferma dawn id-deċiżjonijiet;
—
tikkumpensa d-danni materjali u morali sostnuti minħabba dan;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2.2.3 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi u tal-Artikolu 1 tat-tariffa ta’ ħlas lura tal-assigurazzjoni tal-mard u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Ir-rikorrenti titlob ukoll li l-konvenut jiġi kkundannat iħallas l-allowance doppja għal wild dipendenti għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2007 sal-31 ta’ Mejju 2012 u l-ispejjeż ta’ trasport sostnuti minħabba l-marda gravi ta’ bintha mill-1 ta’ Settembru 2007 sat-18 ta’ Frar 2018, fejn is-sommom dovuti għandhom jiżdiedu b’interessi moratorji stabbiliti fuq il-livell tar-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-dannu morali li hija sofriet, stmat għal EUR 2000.
Full & Egal Universal Law Academy