28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/23
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2019 – PL vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-586/19)
(2019/C 363/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PL (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi r-REK 2017 tar-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent għas-sena 2017 (REK 2017), dan tal-aħħar jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 22a u 22b tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u l-ksur tad-dmir ta’ premura tad-Direttur Ġenerali tad-DG HR.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewopea li jagħti d-dritt għal amministrazzjoni tajba u, b’mod partikolari, id-dritt li dak kollu li jirrigwardah jiġi ttrattat b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll il-ksur tad-drittijiet tad-difiża.
Full & Egal Universal Law Academy