28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/24
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2019 – Frutas Tono vs EUIPO – Agrocazalla (Marién)
(Kawża T-587/19)
(2019/C 363/32)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Frutas Tono, SL (Benifairo de la Valldigna, Spanja) (rappreżentant: A. Cañizares Doménech, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agrocazalla, SL (Lorca, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Marién – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 146 021
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 171/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u, bħala konsegwenza, tannulla l-kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell, u minflok, tagħti deċiżjoni oħra li tordna s-sospensjoni tal-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO sakemm dan jagħti deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark invokata fl-oppożizzjoni, jew, sussidjarjament,
—
jekk meta l-Qorti Ġenerali tagħti deċiżjoni f’din il-kawża, l-EUIPO stess ikun diġà ddikjara l-invalidità tat-trade mark invokata fl-oppożizzjoni, tannulla, ukoll, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell minħabba li ma analizzax debitament l-effett fuq il-kompatibbiltà tar-reġistrazzjoni tas-sinjali kunfliġġenti, fejn immissu ssospenda l-proċedura tiegħu ex officio, jew, sussidjarjament,
—
fl-assenza ta’ evalwazzjoni ta’ dan kollu, tiddikjara li kien hemm assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, minħabba l-motivi kollha esposti preċedentement, u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Dritt prijoritarju tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata fuq it-trade marks nazzjonali Spanjoli 1798380 MARIEN, li għaliha saret applikazzjoni fit-12 ta’ Jannar 1994 għall-klassi 39, 1800302 MARIEN, li għaliha saret applikazzjoni fil-25 ta’ Jannar 1994 għall-klassi 35, u 2222325 MARIEN, li għaliha saret applikazzjoni fit-23 ta’ Marzu 1999 għall-klassi 31.
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy