7.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/22
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2019 – Novomatic vs EUIPO - adp Gauselmann (Power Stars)
(Kawża T-588/19)
(2019/C 337/23)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Ringer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: adp Gauselmann GmbH (Lübbecke, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Power Stars” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 435 695
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 2038/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-appell li kien jirrigwarda r-revoka tal-prodotti koperti bir-reġistrazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nru 8 435 695“Hardware b’mod partikolari għal każinòs u swali tal-logħob tal-ażżard, għal magni tal-logħob tal-ażżard, slot machines, magni ta’ lotterija vidjo fuq l-internet; logħob tal-każinò, magni awtomatiċi tal-logħob tal-ażżard, magni tal-logħob tal-ażżard, b’mod partikolari għal użu kummerċjali f’każinòs u swali tal-logħob tal-ażżard bi jew mingħajr ħlas jew ta’ logħob permezz tal-internet; slot machines u/jew magni elettroniċi tal-logħob tal-ażżard bil-possibbiltà ta’ rebħ jew mingħajr; magni tal-logħob elettroniċi jew elettrotekniċi, magni tal-logħob, slot machines li jirrikjedu muniti, ċipep, karti tal-flus, biljetti jew mezzi oħra ta’ ħażna ta’ data elettronika, manjetiċi jew bijometriċi, b’mod partikolari għal użu kummerċjali f’każinòs u swali tal-logħob tal-ażżard bi jew mingħajr il-ħlas ta’ rebħ; kaxex għal slot machines, magni tal-logħob tal-ażżard; tagħmir elettriku, elettroniku jew elettromekkaniku għat-tħaddim ta’ logħob tat-tombla, lotterija jew ta’ lotterija vidjo u mħatri, f’netwerk jew mhux f’netwerk; magni elettropnewmatiċi u elettriċi għal disinni (magni tal-logħob tal-ażżard)” ġie miċħud u temenda din id-deċiżjoni sabiex tiċħad it-talba għal revoka introdotta mill-parti l-oħra u tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċedimenti ta’ revoka;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet it-talba għal revoka tal-prodotti msemmija iktar ’il fuq koperti mir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 8 435 695 u tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO f’dan ir-rigward;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy