7.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/23
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2019 – Gothe u Kunz vs EUIPO – Aldi Einkauf (FAIR ZONE)
(Kawża T-589/19)
(2019/C 337/24)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Oliver Gothe (Köln, il-Ġermanja), Martin Kunz (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: K. Kruse, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FAIR ZONE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 977 852
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2253/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy