28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/25
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2019 – Healios vs EUIPO – Helios Kliniken (Healios)
(Kawża T-591/19)
(2019/C 363/33)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Healios KK (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: P. Venohr, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Helios Kliniken GmbH (Berlin, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni figurattiva Healios – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 267 041
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 341/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-appell ġie milqugħ u r-rikors ikkontestat ġie miċħud;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ma ġewx prodotti provi suffiċjenti dwar użu ġenwin, speċjalment għal “servizzi mediċi u ta’ batterioloġija”;
—
Ix-xebħ bejn il-prodotti u s-servizzi huwa ineżistenti jew huwa baxx ħafna speċjalment meta jsir paragun bejn servizzi mediċi u ta’ batterioloġija fil-klassi 5;
—
L-element grafiku u l-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti ma ġiex evalwat suffiċjentement.
Full & Egal Universal Law Academy