28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/25
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2019 – Ċipru vs EUIPO – Fontana Food (GRILLOUMI BURGER)
(Kawża T-593/19)
(2019/C 363/34)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, Barrister, V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fontana Food AB (Tyresö, l-Isvezja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GRILLOUMI BURGER – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 963 283
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 1297/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tagħha u tal-applikant għall-annullament.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy