11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/63
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2019 – EM vs Il-Parlament
(Kawża T-599/19)
(2019/C 383/72)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RM (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-31 ta’ Ottubru 2018, li ġiet ikkonfermata mid-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tal-24 ta’ Mejju 2019;
—
tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali li jammonta għal EUR 165 000, u ta’ kumpens għad-dannu morali, stmat għas-somma ta’ EUR 50 000;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ksur tal-Artikoli 12 u 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, nuqqas ta’ osservanza tad-dmir ta’ assistenza u użu ħażin ta’ poter.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba, ksur tad-dmir ta’ premura u l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy