28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/29
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2019 – Eugene Perma Franza vs EUIPO – SPI Investments Group (NATURANOVE)
(Kawża T-602/19)
(2019/C 363/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eugene Perma France (Saint-Denis, Franza) (rappreżentant: S. Havard Duclos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SPI Investments Group, SL (Sant Just Desvern, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni NATURANOVE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 007 949
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2161/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni appellata sa fejn tiċħad l-appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ordnat lir-rikorrenti ġġarrab l-ispejjeż tal-proċedura tal-oppożizzjoni u l-appell, iffissati għall-ammont ta’ EUR 1 170;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Full & Egal Universal Law Academy