11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/65
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 – EP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-605/19)
(2019/C 383/74)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: EP (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-natura insuffiċjenti tal-motivazzjoni mogħtija fit-tweġiba li ċaħdet l-ilment, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-Kumitat konġunt tal-promozzjoni rrakkomanda l-promozzjoni tar-rikorrent.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) mill-Awtorità tal-Ħatra sa fejn ma wettqitx eżami komparattiv effettiv tal-merti tal-uffiċjali kollha li setgħu jiġu promossi.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li bihom hija fi kwalunkwe każ ivvizzjata d-deċiżjoni kkontestata, fuq il-bażi tal-motivazzjoni disponibbli ta’ din tal-aħħar.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 24b tar-Regolamenti tal-Persunal u tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn ir-rikorrent ġie ppenalizzat minħabba l-funzjonijiet li huwa jeżerċita fil-kuntest tar-rappreżentanza tal-persunal.
Full & Egal Universal Law Academy