4.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/34
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2019 – Itinerant Show Room vs EUIPO (FAKE DUCK)
(Kawża T-607/19)
(2019/C 372/35)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FAKE DUCK – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 946 879
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 830/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-karattru distintiv intrinsiku tat-trade mark FAKE DUCK;
—
Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kumplessità tat-trade mark FAKE DUCK u Disinn ta’ Bajda;
—
Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanzi fit-trattament;
—
Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ legalità.
Full & Egal Universal Law Academy