4.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/35
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2019 – Veronese Design Company vs EUIPO – Veronese (VERONESE)
(Kawża T-608/19)
(2019/C 372/36)
Lingwa tal-preżentata tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Veronese Design Company Ltd (Kowloon, Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: B. Lafont, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Veronese SAS (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VERONESE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 831 844
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 2434/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata li r-rikors, kif ukoll l-annessi tiegħu, huma ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 60(1) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UK) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy