25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/72
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2019 – UPL Europe u Aceto Agricultural Chemical vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-612/19)
(2019/C 399/90)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: UPL Europe Ltd (Warrington Cheshire, ir-Renju Unit) u Aceto Agricultural Chemical Corp. Ltd (Port Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Mereu u P. Sellar, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/989 tas-17 ta’ Ġunju 2019 (1);
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv: ir-Regolament ikkontestat kien adottat b’riżultat ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.
2.
It-tieni motiv: ir-Regolament ikkontestat jirriżulta minn proċedura li matulha ma ġewx irrispettati d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.
3.
It-tielet motiv: ir-Regolament ikkontestat kien adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
4.
Ir-raba’ motiv: ir-Regolament ikkontestat kien adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/989 tas-17 ta’ Ġunju 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpropham, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2019, L 160, p. 11).
Full & Egal Universal Law Academy