25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/73
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2019 – KF vs SatCen
(Kawża T-619/19)
(2019/C 399/91)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: KF (rappreżentanti: A. Kunst, avukat, u N. Macaulay, Barrister)
Konvenut: Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (Satcen) tat-3 ta’ Lulju 2019, innotifikata lir-rikorrenti fit-8 ta’ Lulju 2019, sabiex tinbeda mill-ġdid l-investigazzjoni amministrattiva fir-rigward tal-imġiba tagħha u tikkonstata li Satcen naqas milli jaderixxi ruħu mas-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2018 tal-Qorti Ġenerali fil-kawża KF v Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (Kawża T-286/15, EU:T:2018:718), bi ksur tal-Artikolu 266 TFUE;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tas-Satcen li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti lid-Direttur tas-Satcen tat-2 ta’ Awwissu 2019 kontra d-deċiżjoni tat-3 ta’ Lulju 2019, innotifikata lilha fid-9 ta’ Awwissu 2019;
—
tordna lis-Satcen iħallas lir-rikorrenti kumpens sħiħ u ġust li joħroġ mill-imsemmija sentenza fil-Kawża T-286/15 fir-rigward tad-dannu materjali sostnut;
—
tordna lis-Satcen jikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu materjali u immaterjali sostnut bħala riżultat tad-deċiżjoni li tinbeda mill-ġdid l-investigazzjoni amministrattiva, evalwata b’mod provviżorju ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 30 000;
—
tordna lis-Satcen iħallas l-interessi fuq il-ħlas tard mhux iġġustifikat tad-danni fir-rigward tal-dannu mhux materjali ta’ EUR 10 000 ordnat fl-imsemmija sentenza fil-Kawża T-286/15;
—
tiddikjara l-Artikolu 28 u l-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal tas-SatCen, id-dispożizzjonijiet tal-Bord tal-Appelli, inapplikabbli skont l-Artikolu 277 TFUE;
—
tordna lis-Satcen iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż, flimkien mal-interessi ta’ 8 %.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-awtorità tal-proċeduri ġudizzjarji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.
Full & Egal Universal Law Academy