25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/74
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2019 – Ace of spades vs EUIPO – Krupp and Borrmann (Forma ta’ flixkun xampanja rosé)
(Kawża T-620/19)
(2019/C 399/92)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ace of spades Holdings LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Gómez López, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gerhard Ernst Krupp (Munchen, il-Ġermanja) u Elmar Borrmann (Reith, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikanti għat-trade mark kontenzjuża: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ flixkun xampanja rosé) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 252 629
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 1/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ dan l-appell;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u/jew twarrab id-deċiżjoni kkontestata minħabba applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade marks u tikkonstata li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trademarks f’kunflitt;
—
tikkundanna lill-konvenut (u l-parti intervenjenti, jekk tipparteċipa għall-proċedura) għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy