25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/77
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2019 – Welter’s vs EUIPO (Forma ta’ manku bi xkupilja)
(Kawża T-624/19)
(2019/C 399/95)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Welter’s Co. Ltd (Touliu, it-Tajwan) (rappreżentant: T. Meinke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ manku bi xkupilja bil-kulur abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 902 351
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2428/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti tikkontesta l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata u titlob li l-EUIPO jinkludi fir-reġistru tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea anki t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għall-prodotti segwenti taħt il-Klassi 21: pniezel; materjal tal-pniezel; stikkadenti; pettnejiet; xkupilji tas-snien; xkupilji interdentali għat-tindif tas-snien.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy