4.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/35
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2019 – Daw vs EUIPO (SOS Innenfarbe)
(Kawża T-625/19)
(2019/C 372/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Daw SE (Ober-Ramstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Haberl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “SOS Innenfarbe” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 870 690
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 277/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2019 sa fejn din tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “SOS Innenfarbe” għall-prodotti segwenti li jinsabu fil-Klassi 2:
—
“Żebgħat, lakers u verniċi, tbajja’ bħala żebgħa, kisjiet, preservattivi kontra s-sadid, żebgħa tal-ewwel passata; sustanzi li minnhom issir iż-żebgħa, sustanzi li minnhom issir iż-żebgħa [koloranti], pejsts għall-użu waqt l-għoti tal-kulur, murdenti; sustanzi li jgħaqqdu għaż-żebgħat, għall-lakers u verniċi u kisjiet; sustanzi biex irattbu ż-żebgħa; preparazzjonijiet li ma jħallux l-injam jitħassar, murdenti għall-injam u żjut li ma jħallux l-injam jitħassar; żebgħat, anki li jagħtu struttura; żebgħa batteriċida u/jew fungiċida; preservattivi kontra s-sadid; preparazzjonijiet protettivi għall-metalli”;
—
tordna lill-EUIPO taċċetta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, kif ippreżentata, għall-pubblikazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy