4.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/36
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2019 – Daw vs EUIPO (SOS Loch- und Rissfüller)
(Kawża T-626/19)
(2019/C 372/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Daw SE (Ober-Ramstadt, il-Ġermaniż) (rappreżentant: A. Haberl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SOS Loch- und Rissfüller” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 870 692
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 278/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2019 sa fejn din tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “SOS Loch- und Rissfüller” għall-prodotti li ġejjin:
—
Klassi 1 – Prodotti kimiċi għall-użu fl-industrija; prodotti għall-preservazzjoni u għall-imprenjazzjoni kontra l-umdità ta’ xogħol tal-ġebel, madum, siment u konkrit, bl-eċċezzjoni ta’ żebgħa u żjut; raża artifiċjali, raża sintetika u materjal ta’ plastik mhux ipproċessat; solventi [kimiċi]; materjal tal-kisi għat-trattament ta’ koloranti (mhux inklużi fi klassijiet oħra);
—
Klassi 2 – Raża naturali mhux ipproċessata;
—
Klassi 19 – Tikħil [materjal tal-kostruzzjoni]; kwarz; kisi [materjal tal-kisi]; materjal tat-tikħil; mases għall-integrazzjoni ta’ tessut għall-kostruzzjoni; kisi għall-użu bħala materjal tal-kostruzzjoni; tessut għall-kostruzzjoni, mhux metalliku jew prinċipalment mhux metalliku, b’mod partikolari t-tessut stabbilizzanti;
—
tordna lill-EUIPO jilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, kif ippreżentata, għall-pubblikazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy