25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/80
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 – Chemours Netherlands vs ECHA
(Kawża T-636/19)
(2019/C 399/98)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chemours Netherlands BV (Dordrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier u F. Mattioli, lawyers)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ir-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tinkludi 2,3,3,3-tetrafluoro-2-(heptafluoropropoxy) aċidu propjoniku, l-imluħ tiegħu and l-aċidi alidi tiegħu (li jinkludi kwalunkwe iżomeru individwali u taħlitiet tagħhom) fil-lista ta’ sustanzi kandidati ta’ tħassib serju ħafna bħala sustanza ta’ tħassib ekwivalenti għas-saħħa tal-bniedem u/jew sa fejn din tinkludi 2,3,3,3-tetrafluoro-2-(heptafluoropropoxy) aċidu propjoniku, l-imluħ tiegħu and l-aċidi alidi tiegħu (li jinkludi kwalunkwe iżomeru individwali u taħlitiet tagħhom) fil-lista ta’ sustanzi kandidati ta’ tħassib serju ħafna bħala sustanza ta’ tħassib ekwivalenti għall-ambjent;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura; u
—
tadotta kwalunkwe miżura oħra neċessarja.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur, min-naħa tal-Aġenzija, tal-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), peress li eċċediet il-kompetenzi mogħtija lilha minn din id-dispożizzjoni, kif ukoll minħabba li wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li ma hijiex neċessarja jew xierqa.
(1) Regolament (KE) Nru. 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (GU 2006, L 396, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).
Full & Egal Universal Law Academy