25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/83
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – IMG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-645/19)
(2019/C 399/101)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: International Management Group (IMG)(Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u J.-Y. de Cara, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondat;
konsegwentement:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2019 li tistabbilixxi l-miżuri ta’ implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Jannar 2019 fil-Kawżi magħquda C-183/17 P u C-184/17 P, IMG vs Il-Kummissjoni (EU:C:2019:78);
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas il-kumpens għad-danni materjali u morali;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE, fuq il-ksur tar-res judicata marbuta mas-sentenza tal-31 ta’ Jannar 2019, International Management Group vs Il-Kummissjoni (C-183/17 P u C-184/17 P, EU:C:2019:78), fuq il-ksur tal-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-2012 u fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ għoti ta’ ġurisdizzjoni u ta’ ċertezza legali.
Full & Egal Universal Law Academy