25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/83
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – Brands Up vs EUIPO (Credit24)
(Kawża T-651/19)
(2019/C 399/102)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Brands Up OÜ (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: M. Welin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Credit24” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 941 316
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 465/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirreġistra t-trade mark tal-Unjoni Nru 17 941 316;
—
tordna li t-terminu “kyseenalainen” (“dubjuż”) jitneħħa mid-deċiżjoni tal-Eżaminatur tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2018, p. 1;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ koerenza tal-ġurisprudenza.
Full & Egal Universal Law Academy