25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/90
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Universität Bremen vs Il-Kummissoni u REA
(Kawża T-660/19)
(2019/C 399/109)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Universität Bremen (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schmid, professur)
Konvenuti: Il-Kummissoni Ewropea, L-Aġenzija Ewropea għar-Riċerka (REA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Lulju 2019 li tiċħad il-proposta tar-rikorrenti (Nru 870693 – TenOpt) fil-kuntest tas-sejħiet għal proposti H2020-SC6-GOVERNANCE-2019 tal-Programm Qafas Horizon 2020;
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt li t-talba tagħha għal finanzjament tiġi eżaminata mingħajr żbalji ta’ evalwazzjoni, skont il-prinċipju ta’ Stat tad-dritt. Speċifikament, ir-rikorrenti tqis li l-evalwazzjoni tat-talba tagħha hija vvizzjata b’dawn il-vizzji li ġejjin:
—
evalwazzjoni bbażata fuq fatti żbaljati; fi kliem ieħor, l-evalwazzjoni tirriproduċi b’mod żbaljat elementi essenzjali tat-talba għal finanzjament;
—
nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ evalwazzjoni ġeneralment applikabbli;
—
inugwaljanza fit-trattament, evalwazzjoni arbitrarja u kunsiderazzjonijiet irrilevanti.
Full & Egal Universal Law Academy