2.12.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/36
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2019 – Sasol Germany et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-661/19)
(2019/C 406/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sasol Germany GmbH (Hamburg, il-Ġermanja), SI Group - Béthune (Béthune, Franza), BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Mereu, P. Sellar u S. Saez Moreno, avukati)
Konvenuta:Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara t-talba ammissibbli u fondata;
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1194 tal-5 ta’ Lulju 2019 dwar l-identifikazzjoni tas-sustanza 4-tert-butilfenol (PTBP) bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2019, L 187, p. 41);
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-640/19, Sasol Germany et v ECHA.
Full & Egal Universal Law Academy