25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/93
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2019 – Ardagh Metal Beverage Holdings vs EUIPO (trade mark ta’ ħoss)
(Kawża T-668/19)
(2019/C 399/112)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ardagh Metal Beverage Holdings GmbH & Co. KG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Abrar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 912 475
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 530/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-appell.
Motivi invokati
—
Falsifikazzjoni tal-fatti (ksur tal-Artikolu 72(2) u tal-Artikolu95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);
—
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);
—
Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza rilevanti;
—
Ksur tal-Artikolu 72(2) u tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 72(2) u tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tad-dritt għal smigħ (Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).
Full & Egal Universal Law Academy