25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/94
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2019 – Novomatic vs EUIPO – Brouwerij Haacht (PRIMUS)
(Kawża T-669/19)
(2019/C 399/113)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brouwerij Haacht NV (Boortmeerbeek, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “PRIMUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 712 723
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2528/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u, fil-każ li tintervjeni bil-miktub, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO għall-ispejjeż u għall-kumpens tal-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti tal-appell quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali, jiġifieri l-ħtieġa ta’ evidenza f’termini ta’ ċertezza legali;
—
Ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.
Full & Egal Universal Law Academy