25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/98
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2019 – Polfarmex vs EUIPO – Kaminski (SYRENA)
(Kawża T-677/19)
(2019/C 399/116)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Polfarmex S.A. (Kutno, il-Polonja) (rappreżentati minn: B. Matusiewicz-Kulig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arkadiusz Kaminski (Etobicoke, Ontario, il-Kanada)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SYRENA” Trade mark tal-Unjoni Nru 9 262 767
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2019 fil-Każijiet Magħquda R 1861/2018-2 u R 1840/2018-2.
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fil-parti li tiddikjara li t-trade mark kontenzjuża għandha tibqa’ fis-seħħ għall-“karozzi” fil-Klassi 12;
u
—
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara t-trade mark inkwistjoni rrevokata fl-intier tagħha, inklużi l-prodotti “karozzi” fil-Klassi 12 minħabba nuqqas ta’ użu ġenwin;
jew,
—
tgħaddi l-każ lill-EUIPO;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 94(1) u 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-paragrafu 42 tal-Preambolu ta’ dak ir-regolament u l-Artikolu 55(1) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikoli 18(1) u 58(1) and 58(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikoli 94(1), 95(1) u l-paragrafu 42 tal-Preambolu ta’ dak ir-regolament u l-Artikolu 55(1) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;
—
Ksur tal-Artikoli 58(2) u 64(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikoli 94(1), 64(1) u l-paragrafu 42 tal-Preambolu tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy