25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/99
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2019 – Health Product Group vs EUIPO – Bioline Pharmaceutical (Enterosgel)
(Kawża T-678/19)
(2019/C 399/117)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Health Product Group sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bioline Pharmaceutical AG (Baar, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali Enterosgel –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 896 788 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2019 fil-Każ R 482/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara t-trade mark invalida;
—
tiddeċiedi dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy