25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/100
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2019 – Argyraki vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-679/19)
(2019/C 399/118)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vassilia Argyraki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Novembru 2018 meħuda mill-PMO dwar il-mod kif id-drittijiet għall-pensjoni ser jiġu kkalkolati, u b’mod ġenerali, dwar il-mod kif ir-Regolamenti tal-Persunal relatati mad-drittijiet għall-pensjoni ser jiġu applikati fir-rigward tar-rikorrenti mat-tluq għall-irtirar tagħha.
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) iċċitata iktar ’il fuq, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tat-tagħlim ibbażat fuq il-ġurisprudenza Torné (sentenza tal-14 ta’ Diċembru 2018, Torné vs Il-Kummissjoni, T-128/17, EU:T:2018:969),
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 21 u 22 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea,
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-inugwaljanza fit-trattament.
Full & Egal Universal Law Academy