25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/100
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2019– Euroapotheca vs EUIPO - General Nutrition Investment (GNC LIVE WELL)
(Kawża T-686/19)
(2019/C 399/119)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Euroapotheca UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentanti: R. Žabolienė, u E. Saukalas, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: General Nutrition Investment Co. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “GNC LIVE WELL” – Trade mark tal-Unjoni Nru 940 981
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2189/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy