25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/101
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2019 – inMusic Brands vs EUIPO – Equipson (Marq)
(Kawża T-687/19)
(2019/C 399/120)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: inMusic Brands, Inc. (Cumberland, Rhode Island, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Rose, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Equipson, SA (Silla, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Marq” – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 585 699
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 1759/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u żżomm ir-reġistrazzjoni fir-rigward tal-oġġetti relevanti;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil kull parti involuta fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u għall-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy