25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/102
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2019 – FI vs il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-694/19)
(2019/C 399/121)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FI (rappreżentanti: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Marzu 2019, id-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2019 kif ukoll dik tat-12 ta’ Awwissu 2019;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu, tal-1 ta’ April u tat-12 ta’ Awwissu 2019 li jiċħdulu l-għoti tal-pensjoni tas-sopravissut, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikoli 18 sa 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) li tirriżulta minn ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età, in-natura tar-rabta legali ta’ koabitazzjoni u tad-diżabbiltà.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, billi l-Kummissjoni kellha tinterpreta dawk l-artikoli bħala li jirrigwardaw ħajja konjugali komuni ta’ koppja, kemm jekk il-kopja tkun miżżewwġa, tkun tikkoabita jew li tgħix f’unjoni libera.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ interpretazzjoni tal-kunċett ta’ konjuġi fit-tifsira tas-sistema applikabbli għall-pensjoni tas-superstiti, minħabba li l-evoluzzjoni tas-soċjetà tal-Punent tirrikjedi interpretazzjoni wiesgħa ta’ dak il-kunċett
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni minħabba l-fatt li s-sitwazzjoni partikolari tar-rikorrent ma ġietx ikkunsidrata. F'dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li huwa għex ma’ martu għal iktar minn dsatax-il sena u li ż-żwieġ tiegħu dam għal erba’ snin, seba’ xhur u tmint ijiem.
Full & Egal Universal Law Academy