2.12.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/40
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – FT et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-699/19)
(2019/C 406/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FT u 25 rikorrent ieħor (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi d-dikjarazzjoni ta’ remunerazzjoni tax-xaħar ta’ Diċembru 2018 tar-rikorrenti sa fejn japplikaw, għall-ewwel darba, koeffiċjenti korrettivi ġodda applikabbli għar-remunerazzjoni tagħhom, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Frar 2018;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolamenti”), tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti jargumentaw li l-koeffiċjenti korrettivi applikati għar-remunerazzjoni tagħhom, barra minn hekk f’kontradizzjoni ma’ dawk stabbiliti mill-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda, ma żgurawx l-ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist tagħhom.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tad-dmir ta’ premura. Ir-rikorrenti jqisu f’dan ir-rigward li ma setgħux ikollhom konjizzjoni tal-irregolarità tar-remunerazzjoni li tħallas lilhom bis-saħħa tal-koeffiċjenti korrettivi fis-seħħ.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti li jimponi aġġornament interim tar-remunerazzjonijiet meta l-varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja, imkejla wara l-koeffiċjent korrettiv u r-rata’ ta’ bidla korrispondenti, tinstab li jeċċedi l-5 % mill-aħħar aġġornament fuq pajjiż partikolari.
Full & Egal Universal Law Academy