22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Folien Fischer AG, Fofitec AG vs Ritrama SpA
(Kawża C-133/11) (1)
(Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjonijiet speċjali f’materja ta’ delitt jew kważi delitt - Azzjoni għal konstatazzjoni negattiva (“negative Feststellungsklage”) - Dritt tal-awtur preżunt ta’ fatt dannuż li jfittex lill-vittma potenzjali fil-qorti tal-post fejn allegatament seħħ jew jista’ jitwettaq dan il-fatt sabiex issir il-konstatazzjoni tal-ineżistenza ta’ responsabbiltà delittwali)
2012/C 399/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Folien Fischer AG, Fofitec AG
Konvenuta: RITRAMA SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Kompetenzi speċjali fil-qasam ta’ delitti u ta’ kważi delitti — Azzjoni dikjaratorja negattiva (negative Feststellungsklage) — Dritt tal-awtur ta’ fatt dannuż li jieħu l-vittma tad-dannu quddiem il-qorti tal-post fejn dan il-fatt seħħ jew jista’ jseħħ sabiex tiġi kkonstatata l-ineżistenza ta’ responsabbiltà delittwali
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għal konstatazzjoni negattiva intiża sabiex tistabbilixxi l-assenza ta’ responsabbiltà delittwali jew kważi delittwali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 204, 9.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy