22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Patent- und Markensenat (l-Awstrija) fis-6 ta’ Settembru 2012 — Backaldrin Österreich The Kornspitz Company GmbH vs Pfahnl Backmittel GmbH
(Kawża C-409/12)
2012/C 399/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Patent- und Markensenat
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Backaldrin Österreich The Kornspitz Company GmbH
Konvenuta: Pfahnl Backmittel GmbH
Domandi preliminari
(1)
Trade mark issir “l-isem komuni fil-kummerċ għal prodott jew servizz” fis-sens tal-Artikolu 12(2)(a) tad-Direttiva 2008/95/KE (1) meta
(a)
il-kummerċjanti jkollhom għarfien tal-fatt li din hija indikazzjoni ta’ oriġini, iżda huma ma jinfurmawx ġeneralment lill-konsumaturi finali dwar dan u li
(b)
għal din ir-raġuni (b’mod partikolari), il-konsumaturi finali ma jipperċepixxux it-trade mark bħala indikazzjoni ta’ oriġini, iżda bħala l-isem komuni ta’ prodotti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata?
(2)
Il-fatt li l-proprjetarju tat-trade mark jibqa’ inattiv filwaqt li l-kummerċjanti ma jindikawx lill-klijenti tagħhom li din hija trade mark irreġistrata huwa suffiċjenti sabiex jikkostitwixxi “inattività” fis-sens tal-Artikolu 12(2)(a) tad-Direttiva 2008/95?
(3)
Id-drittijiet marbuta ma’ trade mark li saret, minħabba l-attività jew l-inattività tal-proprjetarju tagħha, isem komuni għall-konsumaturi finali, iżda mhux għall-kummerċ, għandhom jiġu ddikjarati revokati fil-każ u unikament fil-każ fejn il-konsumaturi finali ma għandhomx possibbiltà oħra ħlief li jużaw dan l-isem peress li ma jeżistux termini alternattivi ekwivalenti?
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).
Full & Egal Universal Law Academy