22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2012 — Giordano vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-114/11) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sajd - Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd - Rikostituzzjoni tal-ħażniet tat-tonn aħmar - Miżuri ta’ urġenza li jipprekludu s-sajd b’bastimenti bil-purse seines - Aġir illeċitu - Rabta kawżali)
2012/C 399/33
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-François Giordano (Sète, Franza) (rappreżentanti: D. Rigeade u J. Jeanjean, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Jean-François Giordiano huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 139, 7.5.2011
Full & Egal Universal Law Academy