22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni vs Strack
(Kawża T-268/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave - Leave tal-mard - Annullament fl-ewwel istanza tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trasferiment tad-dritt tal-ġranet ta’ leave annwali mhux meħuda mill-persuna kkonċernata - Artikolu 4 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 1e(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Direttiva 2003/88 KE - Appell fondat - Kawża fi stat li tiġi deċiża - Ċaħda tar-rikors)
2012/C 399/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u J. Currall, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-120/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Marzu 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-120/07), hija annullata.
(2)
Ir-rikors ippreżentat minn Guido Strack quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-120/07 huwa miċħud.
(3)
G. Strack u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kemm fl-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll f’din l-istanza.
(1) ĠU C 232, 6.8.2011.
Full & Egal Universal Law Academy