22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker)
(Kawża T-212/07 REV) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 399/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Harman International Industries, Inc. (Northridge, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Vanhegan, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Barbara Becker (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2007 (Każ R 502/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harman International Industries, Inc., u Barbara Becker.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy