22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/23
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-227/12 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti li tirrigwarda t-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika dwar il-proġett tal-immodernizzar ferrovjarju - Esklużjoni tar-rikorrent milli jipparteċipa f’din is-sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 399/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)
Suġġett
Talba intiża, essenzjalment, għall-miżuri provviżorji li jordnaw is-sospensjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti fil-kuntest tal-avviż ta’ kuntatt, ippubblikat fit-3 ta’ April 2012, dwar it-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika dwar il-proġett tal-immodernizzar ferrovjarju, li jeskludi l-parteċipazzjoni tar-rikorrent mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy