Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea
MT
Serje C
C/2024/2021
18.3.2024
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2024 – Levantur vs EUIPO – Fantasia Hotels & Resorts (LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection)
(Kawża T-505/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection - Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti FANTASIA HOTELES - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa saru l-Artikolu 8(4) u Artikolu 60(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)
(C/2024/2021)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Levantur SA (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, E. Armero Lavie, C. Caballero Pastor u J. Oria Sousa Montes, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas, J. Ivanauskas u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fantasia Hotels & Resorts, SL (Zaragoza, Spanja) (rappreżentanti: J. Vicente Martínez u J. Erdozain López, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Mejju 2022 (Każ R 1973/2020-1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Levantur, SA għandha tbagħti, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Fantasia Hotels & Resorts, SL.
(1) ĠU C 380, 3.10.2022.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2021/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)
Top