Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea
MT
Serje C
C/2024/2051
18.3.2024
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2024 – Devo vs EUIPO – Capgemini España (DEVO)
(Kawża T-35/24)
(C/2024/2051)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Devo Inc. (Cambridge, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Fenech u S. Galea, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Capgemini España, SL (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża; ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade verbali tal-Unjoni Ewropea DEVO – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 880 864
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 336/2023-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tiċħad l-oppożizzjoni u tawtorizza l-applikazzjoni għal trade mark inkwistjoni tipproċedi għar-reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artijkolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2051/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)
Top