Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea
MT
Is-serje C
C/2026/405
20.1.2026
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12224 – OEP IX / DIGITAL VALUE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/405)
1.
Fit-13 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
—
OEP IX Master Coöperatief U.A. (“OEP IX”, in-Netherlands), ikkontrollata minn OEP IX GP, L.L.C. (l-Istati Uniti tal-Amerka),
—
Digital Value S.p.A (“Digital Value”, l-Italja), ikkontrollata minn DV Holding S.p.A (l-Italja).
OEP IX se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Digital Value kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:—
OEP IX hija kumpanija azzjonarja finanzjarja, parti mill-kumpless tal-fond One Equity Partners ġestit minn OEP Capital Advisors, L.P (“OPECA”). OPECA hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq is-setturi industrijali, tal-kura tas-saħħa u tat-teknoloġija fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Ewropa.
—
Digital Value hija rivenditur b’valur miżjud iffukat fuq is-soluzzjonijiet teknoloġiċi li jispeċjalizza fir-riċerka, id-disinn, l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet u servizzi avvanzati tal-IT immirati biex jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali tal-klijenti f’diversi industriji.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12224 — OEP IX / DIGITAL VALUE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
European Commission
Directorate-General for Competition
Merger Registry
1049 Bruxelles/Brussel
BELGIQUE/BELGIË
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/405/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)
Top